Kien is-7 ta' Jannar 2024 meta beda kapitlu ġdid għall-kantanta lokali Amber. Il-kapitlu fejn saret omm ta' tifel, bl-isem ta' Ġużi. Amber bla dubju tgħożż dan il-jum għal dejjem u f'post li kitbet dalgħodu tfakkar il-ferħ kbir li ġab miegħu Ġużi.

"L-ewwel għeluq sninek sabiħ tagħna. X’ferħ ġibtilna bħal llum sena. Sena mimlija b’ħafna l-ewwel. L-ewwel darba bħala ġenituri. L-ewwel bikja. L-ewwel tbissima. L-ewwel daħqa. L-ewwel ‘Ma’," kitbet Amber. Tħossha tant grata lejn binha Ġużi li ngħatat dak li ssejjaħ "l-isbaħ titlu", dak ta' omm.

Is-sena l-oħra Amber kienet anke ddedikat kanzunetta għall-għażiż Ġużi bl-isem ta' Għanja lil Ġużi. "Għalik ngħix din il-ħajja. Għalik ngħix bi tbissima. Tfur qalbi bil-ferħ. Meta niftakar li inti tiegħi. Tinsa qatt kemm nħobbuk," kitbet Amber.

Awguri liċ-ċkejken Ġużi f'isem it-tim ta' Gwida.mt!

Facebook/ Amber


Kyle Zarb