Il-preżentatur Quinton Scerri reċentement ħalla post b’ritratt memorabbli fuq il-midja soċjali bl-ewwel esperjenzi tiegħu fuq it-televiżjoni. Mument ta' 16-il sena ilu, li bla dubju jibqa’ prezzjuż. Huwa kiteb:"L-ewwel esperjenzi tiegħi fuq it-televiżjoni ... kemm jgħaddi ż-żmien"
B'dan il-messaġġ, Quinton esprima l-vjaġġ li għadda minnu, u għal dak kollu li għamel fit-televiżjoni matul dawn is-snin. Messaġġ sempliċi, iżda mimli gratitudni għal dak kollu li seħħ.
Nixtiequ lil Quinton Scerri ħafna aktar suċċessi ulterjuri fit-tul tal-karriera tiegħu, u nittamaw li jibqa' jispira lil ħafna oħrajn.
Facebook / Quinton Scerri