Is-sit Lovin Malta ppubblika ritratt li ġie mxerred fuq il-midja soċjali fejn persuna staqsiet direttament fuq il-paġna saħħa, tal-awtoritajiet tas-saħħa, dwar kif u meta eżattament għandha tintlibes il-maskra.
Il-persuna staqsiet speċifikament jekk nistgħux ineħħu l-maskra meta litteralment inkunu qed ngħumu jew anke meta nkunu bil-wieqfa fl-ilma. Ir-risposta tgħid, "Il-maskri għandhom jitneħħew biss meta tkun qed tgħum. Mil-bqija għandhom jintlibsu".
Diversi nies li kkummentaw xorta waħda mhumiex sodisfatti b'din ir-risposta, u wrew l-oppożizzjoni tagħhom għal din ir-regola.
Facebook/ Malta Expats