Fuq il-paġna ta' facebook 'I am Diego'; iċ-ċkejken bil-kudnizzjoni tal-awtiżmu ttellgħet post ftit tal-ħin ilu li juri realtà differenti; realtà li forsi kultant nieħdu għall-għarrieda. F'dawn il-mumenti li għaddejjin minnhom, jgħinuna nirrealizzaw kemm għandna napprezzaw iżjed dak li dejjem għandna. Minn Gwida.mt tkellimna ma' Sefora u Godwin; il-ġenituri ta' Diego fejn qasmu magħna xi ħsibijiet.

Kif kitbu fuq facebook, il-ġenituri saħqu magħna li l-awtiżmu kważi wassal biex titkisser il-familja. Ħafna ħolm sfaxxa. "Ħajjitna daret ma' Diego, lejl u nhar. Il-ħsieb li Diego mhux se jkun abbli li jfendi għalih, wassal ukoll biex Godwin beda jaħdem madwar 80 siegħa fil-ġimgha xi minn daqqiet. L-Awtiżmu ħadilna s-saħħa kollha, il-ħin kollu u l-enerġija. Ħassejtni waħdi. Ħassejna li qegħdin waħedna!", inkiteb fuq facebook.

Iżda bil-mod il-mod saħqu li tgħallmu jadattaw. F'dan il-jum iddedikat għall-Awtiżmu, talbu biex ilkoll nifhmu u naċċettaw id-differenzi li l-awtiżmu jġib. "Ġaladarba tgħannqu miegħek b'idejk miftuħa, l-awtiżmu jsir xi ħaġa unika fi tfal bħal Diego...", tennew fuq facebook il-ġenituri tiegħu.

Prosit li qsamtu l-ħsiebijiet tagħkom mal-pubbliku biex b'hekk tgħinu wkoll lil ħaddieħor. Kuraġġ! Qed tagħmlu azzjoni tajba mimlija mħabba!

Ritratt: Facebook/ I am Diego


Clifford Galea