L-Awstralja se tipprojbixxi lit-tfal taħt is-16-il sena milli jużaw il-midja soċjali, wara li l-parlament approva l-aktar liġijiet stretti tad-dinja.
Il-projbizzjoni, li mhux se tidħol fis-seħħ għal mill-inqas 12-il xahar ieħor, tista’ tara kumpaniji tat-teknoloġija mmultati sa 33 miljun ewro jekk ma jikkonformawx.
Il-Prim Ministru Anthony Albanese jgħid li l-leġiżlazzjoni hija meħtieġa biex tipproteġi liż-żgħażagħ mill-“ħsara” tal-midja soċjali, xi ħaġa li bosta gruppi ta’ ġenituri qablu magħha
Iżda l-kritiċi jgħidu li l-mistoqsijiet dwar kif se taħdem il-projbizzjoni - u l-impatt tagħha fuq il-privatezza u l-konnessjoni soċjali - tħallew mingħajr tweġiba.