Dawk kollha li għandhom l-opportunità li jsegwu s-sensiela Ħbieb u Għedewwa, ilbieraħ raw l-avventura tal-karattru li kien jinterpreta Sonic J Aquilina tiġi fi tmiemha. Dan kien karattru kompletament differenti minn dak li l-attur kien magħruf għalih fuq Klassi Għalina.

Sonic kiteb, "l-avventura tal- Minċott tiġi fi tmiemha. Ilbieraħ temmejt l-impenji tiegħi bħala attur għas- sensiela Ħbieb u Għedewwa. Grazzi Rewind Productions li afdajtuli dan il- karattru." Karattru li żgur qajjem tant interess fl-istorja ta' Ħbieb u Għedewwa.

Bħalissa Sonic jinsab impenjat bil-kitba tar-rumanz tiegħu li beda waqt li kien id-dar tul il-pandemija. Wieħed jista' jsegwi r-ruman tiegħu fuq il-paġna ta' Facebook HAWN.

Facebook / Sonic J Aquilina


Emil Calleja Bayliss