L-audition tal-bieraħ ta’ Francesca Borg l-Għawdxija qed tiġi murija fuq il-paġna uffiċali ta’ Facebook ta’ X Factor Global.
Daniel Muscat Caruana, li fil-fażi tal-ġurija ma rajnieħx, deher x’talent tassew għandu. Daniel mhux l-ewwel darba li deher fuq it-televiżjoni - hu kien ir-rebbieħ tal-programm Don’t Stop Me Now.
Say You Won’t Let Go kienet il-kanzunetta li kantaw dawn it-trio flimkien. Huma tliet kantanti li kienu qed jipparteċipaw bħala solisti biex jaraw hux ħa jgħaddu għall-fażi li jmiss f’bootcamp.
Lil Logan Borg rajnieh waqt il-fażi tal-auditions tal-ġurija u kien kanta You Are The Reason. Ira qaltlu li kien vera gustuż! Imma Howard qallu li mistħi wisq.
Aħna naħsbu li dawn it-tliet kantanti ħaqqhom ikunu parti mill-paġna tal-X Factor Global. Intom X’taħsbu?
Facebook/X Factor Global