Illum hi data importanti immens u prezzjuża għall-koppja Maltija maħbuba li m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni, l-atturi veterani Vivienne u Paul Caruana. Għalqu 40 sena anniversarju minn meta qalu IVA lil xulxin u bdew il-ħajja miżżewġa tagħhom.

Illum il-ġurnata narawhom koppja waqt is-sensiela TA' GERIT, u nistgħu ngħidu li huma żewġ karattri għal qalb il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Din ma kinitx l-ewwel darba li kienu parti mill-istess kast, nistgħu insemmu Simpatiċi (l-ewwel staġun), Iċ-Ċaqqufa u Feliċi fost l-oħrajn.

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Vivienne u Paul f’dan l-anniversarju tant speċjali, u nittamaw li jkollhom ġurnata mill-isbaħ b'dak kollu li tixtieq qalbhom. Awguri għal ħafna aktar snin ta’ saħħa, imħabba u hena.


Kyle Zarb