L-atturi Clayton Pace li aktar kmieni ħabbarna li ppropona lil Lenies Gauci, ħa jkollhom l-ewwel tarbija tagħhom. Fi tmiem il-ġimgħa, il-koppja kellhom dak li hu magħruf bħala l-gender reveal party.

Ritratt: Facebook / Clayton Pace

Il-koppja ħa jkunu ġenituri ta' tifel, il-bżieżaq blu u l-kejk blu bl-abja żgur li kienu xhieda ta' dan. Clayton u Lenies iddeċidew ukoll li jħabbru l-isem tat-tarbija. Iċ-ċkejken li mistenni jitwieled fil-ġimgħat li ġejjin ħa jkun jismu Noah.

Kienu bosta li awgurawlhom fuq il-mezzi soċjali u kif wieħed jista' jara wkoll fir-ritratt, mistiednin għal dan il-festin kien hemm Carlos Farrugia, Lara Azzopardi u Neil Darmanin fost oħrajn li huma ħbieb tal-kopja.

Ritratt: Facebook / Clayton Pace

Aħna f'isem Gwida.mt, nawguraw lil din il-koppja f'dan il-mument tant speċjali fil-ħajja tagħhom.

Facebook / Clayton Pace


Emil Calleja Bayliss