Joe Gatt huwa attur bravissimu u li żgur inzertajtuh f'xi serjè, xi film Malti jew inkella fuq il-palk. Illum qed jiċċelebra l-età sabiħa ta' 80 sena.

Joe għalkemm għandu karriera sħiħa sabiex jiftaħar biha, dejjem baqa' saqajh mal-art u dan huwa wieħed mill-fatturi li dejjem ġibed l-ammirazzjoni tan-nies lejh.

Herman Bonaci ftit ilu tella' ritratt flimkien ma' Joe Gatt u Simon Curmi fil-musical Żeża tal-Flagship u qalilhom li jimmissjahom. Dan juri wkoll kemm Joe huwa maħbub minn sħabu wkoll minħabba n-natural tiegħu.

Lil Joe rajnieh f'Simpatiċi, f'Għeruq, fil-Madonna taċ-Ċoqqa u f'Ipokriti fost l-oħrajn. Kiteb Intriċċi liema produzzjoni ħadem fiha wkoll.

Minn qalbna nawgurawlek tassew Joe!

Ritratt: Facebook/ Herman Bonaci


Clifford Galea