L-attur u kowċ tad-djalett li deher fi Star Wars u li ħadem ma' ċelebritajiet mill-aqwa miet fl-età ta' 76 sena nhar it-Tlieta wara li kkuntratta l-Coronavirus. Andrew Jack magħruf l-aktar għal The Last Jedi u The Force Awakens mill-films ta' Star Wars.

View this post on Instagram

A post shared by مجلة سيدتي (@sayidatynet) on

L-aħbar ġiet ikkonfermata mill-aġenta tiegħu Jill McCullough. L-aġenta tiegħu qalet ukoll li sfortunatament, l-attur ma setax jara lil martu fl-aħħar jiem tiegħu minħabba li kienet tinsab fi kwarantina ġewwa l-Awstralja, filwaqt li hu ġie nieqes ġewwa Surrey, l-Ingilterra.

Hija tassew ta' qsim il-qalb li fl-aħħar mumenti ta' ħajtu, l-imħabba ta' ħajtu kienet tinsab daqstant 'il bogħod minħabba l-Covid-19, il-virus li wasal għall-mewt tiegħu stess.

Instagram / sayidatynet


Emil Calleja Bayliss