F’Ottubru li ġej ġewwa Londra se jsir il-musical Moulin Rouge u wieħed mill-membri tal-kast se jkun l-attur Malti Yandrick Agius.

Dan ħabbru f’post fuq il-paġna tiegħu fejn qal li jinsab ferħan u li ma setax jemmen li se jkun qed jagħmel id-debutt professjonali fil-kast ta’ Moulin Rouge. Huwa rringrazzja lill-aġenti u lit-tim tiegħu fejn qal “grazzi lill-aġenti tiegħi li huma tassew paċenzjużi miegħi u talli huma l-aqwa tim”.

<

Agius żied jgħid li din il-ħolma tiegħu ilha 10 snin sħaħ u fl-aħħar se tkun qed issir realtà. Aħna ta’ Gwida.mt nawgurawlu kull suċċess fil-karriera tiegħu u ngħidulu prosit kbira talli ġie magħżul fil-kast ta’ Moulin Rouge.


Henzley  Bezzina