Aiken Buhagiar twieled proprju fid-9 ta' Ġunju tal-2015 u b'hekk l-attur illum jagħlaq 16-il sena. Ilkoll niftakru lil Aiken fis-sensiliet bħal Division 7, Strada Stretta, Vigilante, Il-Misteru tal-Għoġol tad-Deheb u L-Iskwadra tan-Nannu Ton.
Rajnieh ukoll wieħed mill-preżentaturi tal-Għanja tal-Poplu lura fis-sena 2017 flimkien ma' Sarah-Lee Zammit u Clifford Galea. Is-sena li għaddiet rajnieh ukoll jintervista lill-Prim Ministru Robert Abela fil-bidu tal-pandemija. Insomma l-wiċċ simpatiku tiegħek jiġbdek żgur.
Bħalissa l-attur għaddej bl-eżamijiet tal-O Levels u f'isem it-tim ta' Gwida.mt nawgurawlu kull suċċess. Forsi lbieraħ ma kienx il-jum ideali li jiċċelebra għeluq sninu minħabba l-eżamijiet iżda nittamaw li kif jgħaddu, jkollu ċans jiċċelebra bil-kbir. Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Aiken l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollu sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbu.
Ninsabu ħerqana mmens biex naraw xi proġetti ħa jkun involut fihom fil-futur qarib!
Facebook / Aiken Buhagiar