Wara l-aħnar eċitanti tax-xahar li għadda li l-attriċi Marisa Abela se jkollha rwol fil-film ġdid Black Bag flimkien mal-istilel ta' Hollywood, Cate Blanchett u Michael Fassbender, issa ġie żvelat li hi nominata għall-Premju prestiġjuż BAFTA Rising Star Award.
Nominati għall-istess premju hemm l-atturi Mikey Madison (Anora) u Jharrel Jerome, magħruf għall-irwol tiegħu f'Moonlight u Unstoppable. In-nominati tħabbru f’Londra minn Jack O’Connell, li hu stess kien rebbieħ ta’ Rising Star fl-2014 u ħadem flimkien ma’ Marisa Abela f’Back to Black.
Fuq il-midja soċjali Marisa qasmet l-aħbar, u ddeskriviet in-nomina bħala 'unur inkredibbli' u esprimiet gratitudni sinċiera.