Franky Attard hija attriċi Maltija li bħalissa qed tagħmel suċċess kbir ġewwa Londra.
"Ninsab fis-seba' sema!", It-tfajla għadha kemm ħabbret li ġiet magħżula biex tkun parti mill-produzzjoni ta' Mamma Mia ġewwa t-teatru tal-West End.
Dan it-teatru huwa wieħed mill-aqwa madwar id-dinja kollha u fih isiru produzzjonijiet prestiġjużi fosthom The Phantom of the Opera u The Lion King.
Attard irringrazzjat lil kulħadd tas-sapport kontinwu, u ftakret ukoll fil-memorja ta' persuna għażiża għaliha: "Nannu Frank, għamilna dan flimkien."
Brava u awguri mill-qalb Franky!
Instagram / @franky_attard