L-attriċi Josephine Fuller ser tingħaqad mal-kast f'TA' GERIT. Hi ser tkun qed tagħmel ir-ritorn tagħha propju fix-xena lokali televiżiva wara snin.

Lil Josephine rajnieha tinterpeta partijiet f'diversi sensiliet fosthom; L-Evanġelisti, Anġli, Pupi u Deċeduti. Desier Debono, il-moħħ wara s-sensiela tant maħbuba TA' GERIT, stqarr magħna li ilu jsegwi lil Josephine sa minn dejjem, u kienet waħda mill-ambizzjonijiet tiegħu li xi darba tkun waħda mill-atturi fil-produzzjonijiet tiegħu.

Josephine Fuller 1

Ritratt: Charlot Grima

"Fir-ritorn tagħha lura Malta, Fuller, għamlet kuntatt miegħi u daħlet kexxun għall-istorja tagħna," qalilna Desier. Mil-lejla se narawha fir-rwol ta' Giovanna Cassar.

Segwu l-episodju kull nhar ta' Tlieta fuq TVM.

Josephine Fuller 2

Ritratt: Charlot Grima

Facebook/ TA' GERIT


Kyle Zarb