L-attriċi Pollakka Anna-Maria Seiklucka tinsab Malta bħalissa fuq vaganza. Hi tefgħet ritratt tagħha u l-attriċi Charlotte Kirk fi triq ir-Repubblika fuq il-mezzi soċjali tagħha. L-ammiraturi ta’ Anna-Maria ħadu gost bid-dehra tagħha hawn Malta. Min jaf, forsi naraw film taż-żewġ atturi maħdum hawn!

Anna-Maria għandha 20 sena, u l-iktar film popolari tagħha huwa ‘365 days’- l-ewwel film mit-triloġija, li ntlaqa’ tajjeb ħafna li għamel mal-10 miljun Dollaru fi qligħ. Barra minn hekk, hi ħadmet fuq serje televiżivi Pollakki, li għamlu suċċess kbir fl-istess pajjiż.

Instagram/ @anna_maria_sieklucka


Nicole Zammit