Wara li l-iżgħar Prim Ministru tad-dinja Sanna Marin ħadet ritratt liebsa glekk mingħajr flokk minn taħt, qamet kontroversja sħiħa fil-Filandja u madwar id-dinja.

Is-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar kitbet li tinsab urtata li dan ir-ritratt qajjem kontroversja.

F’kumment fuq Twitter Cutajar qalet li dan huwa wieħed minn ħafna attakki li jsiru fuq in-nisa.

Cutajar qalet, “naħdmu kemm naħdmu, u hu x’inhu l-irwol tagħna fis-soċjetà u l-politika, ħafna drabi nkunu ġġudikati bil-mod kif nidhru. Attakki sessisti u misoġinisti jkomplu mingħajr kontroll. Meta se jieqaf dan kollu?”.

Somag News / Facebook / Rosianne Cutajar 


Maria  Desira