Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Dipartiment tal-Informazzjoni qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni interessanti rigward binja mill-isbaħ f’pajjiżna.
Huma qalu, “Qatt kont taf? Il-Berġa oriġinali kienet iddisinjata mill-arkitett magħruf Malti Girolamo Cassar fl-1573, u din ġiet ristrutturata b’mod estensiv fl-1741, bid-disinn attwali magħmul minn Andrea Belli.”
Żiedu, “Il-faċċata ta' din il-Berġa twaħħad il-kobor mal-proporzjonijiet u tonora l-Gran Mastru Pinto. Il-qamar li hu s-simbolu tiegħu, jidher b’mod prominenti f'din il-binja, filwaqt li nistgħu nsibu wkoll il-bust tiegħu fuq il-bieb ewlieni tal-Berġa. Fuq it-tieqa ċentrali insibu wkoll l-arma tal-Gran Mastru Pinto, u fuq nett mal-faċċata insibu żewġ emblemi tal-Lingwi tal-Portugall u Spanja.”