Waqt il-quddiesa ta' Jum l-Indipendenza fil-Konkatidral ta' San Ġwann, l-Arċisqof Charles J. Scicluna wassal messaġġ dwar waħda mill-isfidi ewlenin ta' pajjiżna: trasformazzjoni fundamentali tal-ekonomija u s-soċjetà tagħna.

Tkellem dwar kif il-Maltin saru jiddependu ħafna fuq li jagħmlu lira ta' malajr u l-iżvilupp bla rażan. Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet qed iwasslu għal kundizzjonijiet ta' ħajja agħar u pagi miżeri għal xi wħud. Tkellem ukoll dwar kif ħaddiema barranin qed jiġu ttrattati ħażin, bl-istess mod li kienu jiġu ttrattati l-iskjavi.

Aqra l-omelija kollha HAWN.


Bradley Cachia