Il-paġna tal-Arċdjoċesi ta' Malta qasmet il-ħsieb li xerred l-Arċisqof waqt it-tifkira tal-mejtin kollha biex aħna lkoll nirċievu l-messaġġ tiegħu f'din il-ġurnata fejn għandna niftakru lil dawk kollha li ħallewna. 

Fuq il-paġna tagħhom kitbu, "Fit-tifkira tal-Mejtin Kollha, il-ħsieb tal-Arċisqof Charles Scicluna huwa li bħal-lum niftakru li 'l-imħabba tagħna m’għandhiex ħitan. L-imħabba tmur lil hinn mill-mewt u l-qabar.' L-Arċisqof fakkar ukoll li l-iktar eżami importanti hu dak li se jiġi fl-aħħar, fejn se jkun iġġudikat fuq dak li ġarr f’qalbu, jiġifieri l-imħabba li ta matul ħajtu lill-oħrajn. Fi tmiem il-quddiesa l-Arċisqof bierek u talab fuq uħud mill-oqbra li jinsabu fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, fosthom il-qabar tal-Isqof Awżiljarju Annetto Depasquale."

Tajjeb li niftakru fl-importanza tal-imħabba f'dan il-jum għaliex dan huwa li jixtieq minna Alla, u fuq dan ser jiġġudikana fl-aħħar ta' ħajjitna. Grazzi lill-paġna talli wasslet dan il-messaġġ mingħand l-Arċisqof. 

G

Facebook / Archdiocese of Malta


Gabriella Borg