Il-preżentatur u storiku Clifford Galea Vella Maslennikov għadu kemm ħabbar xi ħaġa mill-isbaħ fil-familja tiegħu. Fil-fatt oħtu għadu kemm kellha l-ewwel tarbija tagħha, u b'hekk lil ħuha Clifford għamlitu ziju! Cliff kiteb, "L-aqwa promozzjoni li qatt stajt nieħi... Ziju Cliff! Merħba Emma! Awguri għażiża oħt Nathalie Vella u Ryan Vella." 

Din kienet aħbar li ġiet ftit wara l-jum speċjali tiegħu t'għeluq sninu fejn iċċelebrah bl-aqwa mod flimkien ma' sħabu u dawk viċin tiegħu. Ċertament li dan se jkun jum ieħor speċjali mill-kalendarju tiegħu!

Awguri mill-qalb lil Clifford u lill-familja kollha!


Kyle Zarb