Nicholas Borg Bonaci u r-raġel tiegħu Edward jiċċelebraw sitt snin flimkien. Illum il-ġurnata Nicholas żgur li m'għandu bżonn ta' ebda introduzzjoni wara li kiseb popolarità grazzi għall-programm HazZard!

Hu kiteb lir-raġel tiegħu, "Ħanini tiegħi għada l-ġurnata tagħna. L-aqwa għażla li għamilt f’ħajti sitt snin ilu. Sitt snin ta' mħabba pura. Inħobbok."

Aħna f'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat għal dan il-jum u nittamaw li l-imħabba tagħhom tkompli tikber u tkattar aktar ma jgħaddi żmien. Ċerti li ħa jiċċelebraw dan il-jum fl-għożża ta' xulxin. Awguri mill-qalb!


Emil Calleja Bayliss