Mil-lum fetħu l-applikazzjonijiet għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti, inkluż l-istipendju. Din l-għajnuna finanzjarja hija provduta mill-Gvern Malti lil kull student li qiegħed jistudja f'istituzzjoni tal-edukazzjoni ogħla. Il-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jipprovdi wkoll linji gwida u għajnuna għall-istudenti fir-rigward ta’ din l-iskema.

Bħall-iskemi l-oħra kollha, l-iskema tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti topera taħt sett ta’ regolamenti li jiddeterminaw l-eliġibilità. Jekk inti student li tinsab eliġibbli għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti għas-Sena Akkademika 2022/2023, għandek tapplika għall-Għotjiet onlajn, billi tidħol HAWN

Jekk tixtieq takkwista aktar informazzjoni qabel ma tapplika, tista' tagħfas HAWN.

Pixabay & Facebook / edukazzjoni


Bradley Cachia