Illum jiċċelebraw l-anniversarju tagħhom omm u missier il-kantawtriċi Pamela Bezzina. F'dan il-jum Pamela qasmet ritratt tagħhom, flimkien ma' pittura mill-isbaħ u anke messaġġ mill-qalb!
Pamela tikteb, "L-Anniversarju t-Tajjeb lill-għeżież ġenituri tiegħi - li għal ħafna snin komplew iħobbu lil xulxin bla kundizzjoni u għallmuna s-sbuħija ta’ li nħobbu kuljum. Alla jbierek kemm il-mamà kif ukoll il-papà – jalla tkun imbierka b’ħafna snin oħra ta’ saħħa u mħabba tajba. Grazzi talli intom min intom u talli intom tagħna."
F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom ħafna aktar snin ta' mħabba!
Facebook / Pamela Bezzina