Bjorn Formosa u Joe Debono huwa tnejn mid-diversi persuni f’pajjiżna li għandhom il-marda tal-ALS. Filwaqt li Bjorn ilu jbati mill-ALS għal dawn l-aħħar 5 snin, Joe Debono sar jaf li għandu din il-marda riċentament.
Kemm Bjorn u anki Joe, jenfasizzaw il-paċenzja li jieħdu bihom in-nisa tagħhom, minħabba li din il-marda kiefra serqitilhom ħafna mill-indipendenza tagħhom.
L-ALS tant hija marda qerrieda li ġeneralment dawk li jimirdu biha ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu fi djarhom għaliex ikollhom bżonn apparat u għajnuna speċjalizzata sabiex ikunu jistgħu jibqgħu għaddejin... u hawn fejn tidħol int!
Illum l-ALS Malta se jiġbor il-fondi biex tinbena t-tieni Dar Bjorn li fiha tkun tista’ takkomoda persuni li jkollhom l-ALS jew l-MS, sabiex dawn il-persuni jibqgħu jgħixu b’dinjità f’ambjent li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom.
F’filmat li tella l-bieraħ Bjorn, huwa qal li qatt ma rċievew sapport daqs kemm qed jirċievu bħalissa, u għalhekk aħna konvinti li int se tkun ġeneruż u se tgħin kif tista’ biex flimkien nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ Joe Debono, Bjorn u ħafna oħrajn!
Facebook / Maria Formosa / Tanya Debono