"Ħassejt li għandi nikteb din it-tfakkira," kiteb il-psikologu Nicholas Briffa f'wieħed mill-messaġġi ta' motivazzjoni tiegħu fuq Facebook.
Stqarr, "Tfakkira ta' malajr li meta xi ħadd jiġi injorat minn xi ħadd viċin tiegħu joħloq l-istess reazzjoni kimika fil-moħħ bħall-abbuż fiżiku. Anke jekk huwa dwar xi ħaġa ċkejkna... wieġeb lil sħabek. Qatt ma tkun taf minn xiex jistgħu jkunu għaddejjin."
Kompla, "Jekk xbajt tgħix jew tlift l-iskop għal xiex tgħix, ftakar li dan jista' jkun ħsieb jew emozzjoni... u ħsieb u emozzjoni huma temporanji. Minkejja li tlift it-tama fil-ħajja, hawn bżonnok f'din id-dinja! Inti validu! Anke jekk bħalissa qed taħseb mod ieħor."
Ħeġġeġ lil min qed iħossu f'din il-qagħda biex iċempel minnufih fuq 1579 u jfittex l-għajnuna meħtieġa.