Jekk ma tafx x’inhi Tinder, probabbilment qiegħed f’relazzjoni, għaliex din hija app għall-persuni single sabiex jiltaqghu ma’ nies ġodda u jkunu jistgħu joħorġu flimkien.

L-utenti jistgħu itajjru profili ta’ persuni li jogħġbuhom lejn il-lemin, u profili ta’ persuni li ma jogħġbuhomx lejn ix-xellug. Jekk żewġ persuni jkunu tefgħu lil xulxin fuq il-lemin, ifisser li t-tnejn l’huma jogħġbu lil xulxin u b’hekk ikunu jistgħu jitkellmu fuq din l-app.

via GIPHY

Stefan-Pierre Tomlin huwa l-aktar raġel fuq l-app li kellhu nisa li tajjru l-profil tiegħu fuq il-lemin. B’hekk jekk għandek profil fuq Tinder, aqra sew il-pariri ta’ Stefan innifsu.

Hu jgħid li s-sigriet prinċipali huwa li tkun fuq l-app il-Ħadd fis-2 ta’ wara nofsinar. Skond hu dan huwa l-ħin opportun għaliex ħafna jkunu d-dar, taħt l-effett negattiv ta’ lejl ta’ xorb mill-ġurnata ta’ qabel, dak li bl-Ingliż magħruf bħala hangover. Hu jgħid ukoll li jkun hemm min ikun qed jippjana l-ġimgħa u ma' min ser joħroġ fil-jiem li ġejjin.

stefan

Stefan jgħid ukoll li mportanti li r-ritratt prinċipali fil-profil tiegħek, ikun ikkulurit biex jiġbed l-għajn. Importanti wkoll titfa’ ritratt minn xi vaganza sabiex turi li taf tieħu gost. Evita’ selfies u ritratti fi grupp.

Tagħtix każ ir-ritratti biss. Il-bijografija mportanti wkoll. Imliha b’informazzjoni nteressanti, itfa’ xi ċajta, u kemm jista jkun tagħmilix bħal ta’ ħaddieħor. Ara li tkun unika.

Bħalissa Stefan qiegħed f’relazzjoni mal-kantanta minn X Factor 2018 Natasha Boon.

Jekk qiegħed f’relazzjoni, nawgurawlek. Iżda jekk bħalissa qed tfittex l-imħabba, u ma kontx taf b’Tinder, nissuġerulek ittih ċans u tagħti każ dawn il-pariri!


Luke Borg