Il-Gvern qed jippjana sabiex inaqqas il-ħaddiema tal-Air Malta bin-nofs sas-sajf li ġej. Dan ħa jkun qed isir bħala parti minn pjan ta’ tnaqqis fl-ispejjeż tal-kumpanija biex ikollha ċans li ssalva l-linja tal-ajru li tinsab għaddejja minn diffikultajiet kbar. Dan ġie mħabbar mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, kmieni llum.

Jidher li n-numru ta' impjegati ħa jitnaqqsu minn 890 għal 420, bil-ħaddiema li mhux ħa jibqgħu mpjegati mal-linja tal-ajru se jiġu offruti mpjiegi alternattivi mal-gvern. Bħala parti minn dan il-pjan, is-servizz tal-ground handling se jitneħħa, dan se jwassal għat-telf ta’ 300 impjegat filwaqt li l-110 li jibqa' huma infatti ħaddiema amministrattivi.

Il-Gvern ħa jkun qed iħares biex inaqqas rotot li ma jagħmlux qligħ, bin-numru ġa naqas bin-nofs tas-sena li għaddiet, għax minn 40 niżel għal 20, u b’hekk se jiġu ffrankati €40 miljun. “Irridu nkunu serji dwar dan il-pjan,” qal Clyde Caruana. "Jista' jkun l-aħħar ċans għall-Air Malta."


Emil Calleja Bayliss