Il-ħmistax-il edizzjoni ta' Liqourish ġiet fi tmiemha u l-aħwa, magħrufa aħjar bħala l-Boċċ u l-Booster ġew ivvutati bħala r-rebbieħa ta' din l-edizzjoni. Edizzjoni li għal darb'oħra ġibdet l-attenzjoni ta' diversi telespettaturi, li ta' kull ġimgħa kienu jsegwu bir-reqqa biex jaraw x'qed jagħmlu l-parteċipanti.

Għall-aħwa li ma joqgħodux mingħajr xulxin, din kienet verament sfida u t-tim ta' produzzjoni mill-ewwel beda jittestja kemm lesti jilqgħu l-isfida tagħhom. Dan għaliex Liquorish, hekk kif kienu ħa jitilqu fuq l-avventura tagħhom talabhom li huma jieħdu basket wieħed peress li kienu ħa jikkompetu flimkien.

View this post on Instagram

A post shared by Liquorish (@liquorishadventure) on

L-aħwa kellhom malajr malajr jaraw x'ħa jieħu magħhom u x'ħa jħallu warajhom. Forsi r-rebħa tal-aħwa kienet kemxejn ta' sorpriża għax ħafna bdew jaħsbu li jew Dylan, Kyle jew Nathalie setgħu ikunu r-rebbieħa. Ftit mis-segwaċi tal-Gwida.mt infatti qatgħu li l-Boċċ u l-Booster kienu ħa jkunu r-rebbieħa.

L-aħwa kienu fost is-sitt finalisti tal-programm tal-2019! Wieħed issa jibda jistenna b'ħerqa biex naraw x'ħa jiġri mill-Liqourish is-sena d-dieħla! S'issa dejjem ħadna f'diversi pajjiżi interessanti u żgur li wieħed ikun jixtieq ikompli jesplora aktar pajjiżi mat-tim ta' Liqourish! Il-poplu Malti qed jingħata ċans tad-deheb grazzi għall-produzzjoni bħal din!

View this post on Instagram

A post shared by Liquorish (@liquorishadventure) on

F'isem Gwida.mt nieħdu l-opportunita biex nifirħu lil aħwa għal din ir-rebħa, żgur li kienet avventura li ma huma ħa jinsew qatt u qatt!

Facebook / Liqourish


Emil Calleja Bayliss