Mhux l-ewwel darba li rajna djar tassew impressjonanti f'pajjiżna, iżda jidher li dan ir-ritratt fuq Reddit impressjona mhux b'mod pożittiv iżda b'mod negattiv. Dan il-post fil-Mosta ħalla lil kulħadd bla kliem, iżda jidher li sid il-post iddeskrevih bħala bargain tassew.
Bargain probabbli għax ma għandekx bogħod wisq mill-kċina għad-doċċa, dan għaliex id-doċċa tinsab eżatt ħdejn il-bank tal-kċina fil-kantuniera. Jidher li dan il-post qed jinkera għall-prezz ta' €360.
Ħafna nies tkażaw filwaqt li oħrajn bdew għaddejjin u jivvintaw iċ-ċajt bl-addoċċ. Ċajt apparti, din turi l-problema tal-prezzijiet tal-kirjiet u tal-bini li hawn f'pajjiżna għal min għadu jibda l-ħajja jew inkella għandu problema soċjali ta' xi tip jew ieħor li jispiċċa sabiex jieħu post bħal dan.
Li nafu żgur hu... li min jitħajjar jikri dan il-post ħa jkun jista' jinħasel waqt li l-ikel ikun fuq in-nar u kollox quddiem għajnejh il-ħin kollu.
Reddit