Il-kunsillier Stanley Zammit radd il-ħajr lil wieħed mill-kollegi tiegħu fuq il-midja soċjali, "Illum hija l-aħħar ġurnata ta’ Joseph Farrugia Ir-Riki bħala Sindku tal- Kunsill Lokali Birżebbuġa. Sindku li jirrispetta l-prinċipji u ma jarax kuluri. L-irġulija l-ewwel. Sindku li jemmen li fl-għaqda hemm is-saħħa u jagħti l-ispazzju lil min irid jaħdem għal ġid ta’ Birżebbuġa u r-residenti tagħha."

Hu kompla jżid, "Sindku li jisma’ u jgħati każ, jitgħallem u jgħallem. Sindku li ma jgħidx iva għal kollox u bl-għama u fejn jiżbalja umli biżżejjed li jiskuża ruħu u jikkoreġi l-iżball. Sindku li fehem l-importanza tal-Kunsill u għamel differenza pożittiva fil-ħajja tal-Birżebbuġin. Sindku li rrispettani, involvieni, tani l-ispazju u ħallini naħdem, semagħni, għallimni, ħeġġiġni u kkoreġini fejn meħtieg."

Fl-aħħar Stanley għalaq il-messaġġ tiegħu, "Grazzi mill-qalb, Sindku, f’ismi u f’isem ir-residenti. Flimkien ma' sħabna, inkomplu naħdmu għal ġid tan-nies. Nawgura minn qalbi l-ħidma t-tajba lis-Sindku l-ġdid, Scott Camilleri . Bħal ma għamilt ma kull Sindku ieħor, ser inkompli nagħti s-sapport u l-koperazzjoni sħaħ mill-aħjar li nista' b'riżq il-lokalità li tant inħobbu."

Facebook / Stanley Zammit


Emil Calleja Bayliss