Għalkemm l-attur Żep Camilleri ħalliena x-xahar li għadda, il-memorja tiegħu għadha tibqa’ titfakkar ġmielha, kemm għat-talent tiegħu kif ukoll għax-xogħol li ħalla warajh. Għaldaqstant mhumiex biss il-Maltin li qed jħossu l-impatt tal-kontribut tiegħu fid-dinja tar-reċtar iżda saħansitra dawk lil hinn minn xtutna, hekk kif l-aħħar film li għamel parti minnu qabel mewtu ser ikun qiegħed jintwera ġo festival annwali fil-Marokk.

Zep

Facebook / Joseph Galea

Vitor, wieħed minn żewġ films li saru minn par studenti tal-Maġisteru fil-Film Studies, se jkun qiegħed jidher fis-17-il edizzjoni tal-Festival du Court métrage Méditerranéen de Tanger li se jsir mit-30 ta’ Settembru sal-5 ta’ Ottubru. Dan il-film, li tnieda fl-2018, kien diġà kiseb it-3 post fit-3 edizzjoni tal-FICME, festival ta’ films qosra fit-Tuneżija, u reġa’ kien qiegħed qed jintwera fil-bidu ta’ dan ix-xahar bħala parti minn Shorts on Campus fl-Università ta’ Malta.

Z

Facebook / M.A. in Film Studies - University of Malta

Il-film inkiteb u ġie dirett minn Paul Portelli, filwaqt li l-produzzjoni kienet f’idejn Katya Hanna u ċ-ċinematografija f’idejn Michael Carol Bartolo. Bosta huma dawk ħerqana sabiex jaraw kif se jmur fil-festival, bit-tama li jirnexxilu jikseb kull premju li jista’!

Facebook / M.A. in Film Studies - University of Malta


Kurt Gabriel Meli