Fuq il-profil tiegħu, il-preżentatur Quinton Scerri kiteb qal, "llejla fid-20.45 l-aħħar edizzjoni tal-programm Topik fejn ser nagħtu ħarsa lejn l-aktar programmi u intervisti interessanti ta' din l-iskeda fuq TVM News+."
Hu jkompli jistqarr, "Skeda b'esperjenza differenti għalija flimkien mat-tim formidabbli, dinamiku u professjonali ta' WE MEDIA. Grazzi kbira lil Angie Laus li mexxiet il-produzzjoni bl-aktar mod organizzat u li kienet hemm dejjem lesta li tgħin."

Ritratt: Facebook / Quinton Scerri
Hu jżid jgħid, "Fuq kollox grazzi lit-tim tal-produzzjoni Mandy Vella, Xkembri Ryan, Jürgen Manicolo, Gino Tanti, Russell Sammut u Anita Vassallo Piccinino. Lil Mick Laus għad-direzzjoni u lil Xandru Azzopardi tas-sehem tiegħu. Flimkien ma' oħrajn li kienu ta' għajnuna. Grazzi li segwejtuna minn ġimgħa għal oħra."
Hu jagħlaq billi jgħid, "Nittamaw li dak li ħejjejna għalikom kien ta' interess!"