Fuq il-paġna 'Ftit Minn Kollox' in-narrattriċi tikteb dwar l-emozzjonijiet li komuni jinħassu wara l-mewt ta' xi ħadd għażiż.

Hi kitbet, "L-agħar jum wara t-telfa ta' xi ħadd għażiż mhuwiex il-jum tal-funeral, u lanqas il-jum ta' għeluq snin dik il-persuna wara li tkun mietet. L-agħar jum huwa kull jum. Meta jkollok aħbar tajba u tirrealizza li ma tistax tgħaġġel tgħidilhom dwarha. Meta tgħaddi minn perjodu ikrah u ma jkollokx dawk id-dirgħajn biex isostnuk jew dik il-vuċi biex tagħtik pariri. L-agħar jum huwa kull jum. Huwa dak il-jum meta suppost tkun ferħan, iżda minflok titnikket."

Dawn huma emozzjonijiet umani li normali persuna tgħaddi minnhom, imma xorta waħda huma esperjenzi diffiċli ħafna, u paragrafi bħal dawn jgħinuni nifhmu li m'aħniex waħedna.

Facebook / Ftit Minn Kollox


Gabriella Borg