Waqt il-programm Kumplimenti, il-preżentatriċi Debbie Scerri kellha mistiedna lil Karmen Tedesco, personalità maħbuba immens mill-pubbliku, u li inzertat kienet anke tgħallimha.
F'dan it-temp sħun sajfi Karmen qasmet mat-telespettaturi diversi punti u pariri ta' kif tieħu ħsieb l-iġene tal-ikel. Kollox jibda mill-ħin li nixtru l-prodotti mill-ħwienet. Importanti nżommu f'moħħna li aktar minn staġuni oħra, fis-sajf, l-ikel u xorb bħal ħalib, taffettwahom it-temperatura.
"L-affarijiet kesħin u friżati trixtrihomx fil-bidu, ixtrihom lejn l-aħħar," tgħid Karmen. Tkompli tispjega dwar l-importanza tal-iġene għall-persuna li ħa ssajjar, fosthom il-ħasil sew tal-idejn.
Importanti li l-ikel u x-xorb (ħalib speċjalment) jitpoġġa fil-friġġ kif suppost f'temperatura ta' madwar 4 gradi. Bejn 5 gradi u 65, hi msejħa bħala danger zone. Ikel li jifdal, għalkemm l-ideali hu li l-ikel jittiekel wara li jissajjar, għandu jitpoġġa ġo kontenitur tajjeb ġol-friġġ f'temperatura tajba.
Segwi hawn taħt: