Dal-lejl ma kienx kollu għall-mistrieħ għall-familja tal- Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur, Julia Farrugia Portelli. “L-addozzjoni tal-bieraħ u l-kaġun li fit-3am konna fil-kċina nbennu” kitbet, flimkien ma’ ritratt tat-tifla tagħha u l-qattus il-ġdid bl-isem ta’ Astro.

It-tifla tagħha, Eliza, xtaqet li taddotta qattus b’lewn iswed għax kif kitbet Julie Farrugia Portelli, “skont l-istatistika dawk ta' lewn iswed l-aħħar li jiġu addottati”, minħabba s-superstizzjoni li qtates ta’ dan il-lewn iġibu l-isfortuna.

 


Nicole Zammit