Is-sit tat-TVM qed tirrapporta li l-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) qed issostni li jekk ser jiġu imponuti restrizzjonijiet oħra, dawn għandhom isiru fuq ikliet u attivitajiet li jsiru fid-djar privati u mhux fuq ristoranti lokali.

Din ir-reazzjoni qamet wara qed ikun hemm appelli sabiex jinħarġu iktar prekawzzjonijiet fosthom restrizzjoni fuq ħin fejn il-poplu ma jitħalliex joħroġ wara d-9 ta’ filgħaxija.

L-ACE tgħid li ma hemm ebda prova mill-qasam tax-xjenza li juri li ż-żieda fl-ammonti tal-każijiet tal-Covid-19 hija dipendenti fuq l-istabbilmenti tal-catering meta dawn isegwu l-protokolli meħtieġa kif suppost.

Din l-għaqda tgħid ukoll li kulħadd jaf li qed isiru bosta avvenimenti f’residenti privati kif ukoll tal-kiri speċjalment fil-lokalita’ ta’ Għawdex.

f

TVM, Ritratti / Pexels


Rowena Calleja