Wieħed mill-aktar gruppi mużikali popolari tas-sebgħinijiet, ser jerġgħu jibdew jipproduċu mużika ġdida fl-2020…l-ABBA ġejjin lura!

Fi ftit xhur ser inkunu qed nisimgħu żewġ kanzunetti totalment ġodda minn Björn, Benny, Agnetha u Anni-Frid, l-erba’ membri li jiffurmaw ABBA, il-grupp ta’ fama mondjali li beda l-popolarita tiegħu mill-Eurovision fl-1974 b'Waterloo.

Iżda x’ser tkun din il-ħaġa ġdida li ħadd qatt għadu għamel?

L-ABBA ser imorru fuq vjaġġ ta’ kunċerti permezz t’ologrammi!

Dan ifisser li ser nerġgħu naraw lil ABBA live? Mhux eżatt.

Bħalissa l-membri tal-ABBA qed jaħdmu ma’ tim sħiħ b’teknoloġija pjuttost ġdida li qed tieħu l-qisien tal-kantanti kollha, l-mod kif jiċċaqalqu, l-espressjonijiet ta’ wiċċom u kull ħaġa oħra li tista tgħin biex tinbena rapreżentazzjoni virtwali tal-erba’ membri.

Għall-kunċerti mhux ser ikunu preżenti l-ABBA nnifisom iżda verżjoni diġitali u virtwali tagħhom bil-mod ta’ kif kienu jidhru lejn l-aħħar tas-sebgħinijiet!

Biex tifmhu ftit aħjar, ħames snin ilu, kienu użaw l-istess teknoloġija fuq Michael Jackson u kkreaw din il-prestazzjoni li dehret waqt il-Billboard Music Awards.

Iżda l-ABBA mhux waħda biss ser jagħmlu, iżda kunċert sħiħ li ser idur madwar id-dinja!

Kieku inti tmur tara kunċert bl-ologrammi?


Luke Borg