Bjorn Ulvaeus u Benny Andersson tal-grupp ABBA, eskludew li ssir rijunjoni fil-Eurovision Song Contest tal-2024 fl-Isvezja - pajjiż twelidhom.

Is-sena d-dieħla se jkun il-50 anniversarju minn meta l-band rebħet il-kompetizzjoni bil-kanzunetta tagħhom Waterloo.

Waqt li tkellmu mal-BBC Newsnight, huma ċaħdu ukoll l-idea li jistgħu jikkomponu d-dħul tan-nazzjon ospitanti.

Minn meta ABBA rebaħ fl-1974, l-Isvezja rebħet il-Eurovision sitt darbiet oħra, inkluż din is-sena f’Liverpool.


Bernard Xuereb