L-aħwa Kayati kontinwament qed ikomplu jkabbru r-ripertorju tagħhom b’diversi kanzunetti oriġinali li qed jintlaqtu immens. Is-sinerġija ta’ bejniethom hi tant mfaħħra mill-pubbliku.
Fost il-kanzunetti li nedew hemm Happier, I Hate It, About You u Fake. Illum preżentawlna Tell Your Mama, li jiddiskrevuha bħala “kemm konfessjoni kif ukoll liberazzjoni.”
Tell Your Mama ġiet ispirata minn konverżazzjonijiet tard bil-lejl, fejn il-ħbieb jaqsmu stejjer ta’ dating u esperjenzi fir-relazzjonijiet. Kayati jirrifettu fuq il-
kwalitajiet sinifikanti li jfittxu.
FIl-kanzunetta l-artisti jirreferu dwar sitwazzjoni fejn tkun ma’ xi ħadd li jiddependi wisq fuq ommu. Dan iwassal biex leħen is-sieħba tiegħu, jisfuma. Din
is-sitwazzjoni tagħmilha diffiċli biex ikun hemm konnessjoni soda. Speċjalment meta f’nuqqas ta’ qbil bejn il-koppja, tintervjeni l-omm.
Tistgħu tisimgħu din il-kanzunetta fuq il-pjattaformi kollha. Prosit għal darb’oħra Kayati!