L-attur u kantant Clive Muscat kiteb messaġġ mill-isbaħ lill-għażiża maħbuba tiegħu, li fil-fatt dalwaqt issir martu. Clive jesprimi mħabbtu lejha u kemm hu tant ferħan li sab lilha u jesprimi s-sentimenti tiegħu lejha.

"Għaddew tliet snin mill-ġurnata li bidlitli ħajti... L-aħħar tliet snin huma biss il-bidu tal-ħafna memorji aqwa li se nkomplu noħolqu flimkien. Grazzi talli wrejtni kif tkun imħabba kbira... u ma nistax inkun iktar grat li jkolli lilek maġenbi."

Clive ikompli, "Inħossni onorat immens li fil-futur se nsejjaħlek marti u se nqattgħu l-bqija ta’ ħajjitna nikbru flimkien u nappoġġjaw lil xulxin." Xerred anke ritratti memorabbli li żgur ser jibqgħu jgħożżu.

Awguri mill-qalb!


Kyle Zarb