L-aħħar tislima tas-suldat Christian Degabriele li sfortunatament tilef ħajtu ftit tal-jiem ilu se ssir nhar l-Erbgħa 17 t’Awwissu. Dan ħabbritu l-mara tiegħu Catherine. “L-aħħar tislima ta-għażiż u qatt minsi żewġi se ssir nhar l-Erbgħa 17 t’Awwissu fl-10am ġewwa l-Knisja Parokkjali taż-Żejtun,” hi kitbet aktar kmieni llum.

Christian ta’ 35 sena, kien qiegħed jogħdos f’Buġibba nhar il-Ħamis li għadda meta tilef ħajtu. Hu kien mal-fizjal tiegħu stess li talab għall-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta u l-Pulizija meta Christian ma telax.

Il-Forzi Armati Ta’ Malta għadha tinsab taħt xokk għat-telfa ta’ dan ir-raġel mill-aqwa u b’qalb kbira.

Aħna mit-timta' Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb kollha.

Facebook/Catherine Degabriele


Bernard Xuereb