Il-Malta Drag Racing, is-Sibt ħabbret il-mewt ta' Franklyn Borg fuq il-mezzi soċjali tagħha. Wieħed jista' jsib ir-referenza għal dan fl-artiklu li ttella' fuq Gwida.mt billi tidħlu HAWN.

L-aħħar tislima lil Franklyn Borg se tingħata nhar is-Sibt li ġej fid-09:00 ta' filgħodu fil-Knisja Parrokkjali tal-Konverżjoni ta' San Pawl, fir-raħal ta' Ħal-Safi. Żgur li ħafna minn sħabu se jkunu qed jingħaqdu biex jagħtuh l-aħħar tislima, u ċerti li wħud minnhom se jkunu preżenti bil-muturi tagħhom għal din it-tislima. 

Żgur li l-mewta tiegħu ħasdet lil ħafna. F'isem it-tim ta' Gwida, mill-ġdid insellmu l-memorja għażiża tiegħu u ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-maħbubin u għeżież tiegħu. Żgur li mhux żmien faċli għalihom, nitolbu li jsibu s-sabar li għandhom bżonn f'dan iż-żmien delikat. 

Facebook / Yella Vassallo


Emil Calleja Bayliss