Il-preżentaturi tar-radju Daniel u Ylenia ftit ilu ħabbru li l-vjaġġ tagħhom fuq ir-radju wasal fi tmiemu. Bla dubju ħafna ħassew in-nuqqas tagħhom, u huma tas-semmiegħa. Madankollu kellhom aħbar sabiħa x'jaqsmu mas-segwaċi tagħhom fuq Instagram.
Ylenia tikteb, "L-aħħar stħarriġ għalina fuq Bay Breakfast u ferħanin immens li temmejna l-programm tagħna fin-numru wieħed... is-servej sar fil-ġimgħa ta' qamar il-għasel tagħna, iżda meta mistoqsija liema hu l-programm tar-radju favorit tagħkom, xorta vvutajtu lilna..."
Ylenia tagħlaq billi tfakkar li hi u Daniel jinsabu ħerqana biex jiżvelaw il-proġett li qed jaħdmu fuqu. Prosit Daniel u Ylenia u nawgurawlkom għal dak li jmiss!