Illum il-kantanta Ira Losco żvelat li fadal ftit biex hi u familtha jibdew jgħixu ġewwa dar ġdida!

Fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, Ira qasmet dan il-mument tant speċjali għaliha u qalet, “l-aħħar spinta u nistgħu finalment nimxu fid-dar il-ġdida tagħna.” Dan ifisser li fi ftit ġranet oħra għandna naqtgħu l-kurżità ta’ kif se tkun qed tidher din id-dar il-ġdida.

Id-disinjatura tad-dar kienet Jade Bøye mill-kumpanija Bøye Designs.

Nawguraw lil Ira Losco għal dan il-pass tant importanti għaliha!


Shanice Ahar