Ġimgħa importanti immens għal dawk iż-żgħażagħ kollha li qed jaspiraw sabiex jakkwistaw post fil-kwarti tal-finali ta' Brillanti. Dan il-konkors hekk prestiġġjuz jippremja t-talent Malti fl-iżfin li nistgħu ngħidu li huwa fl-aqwa tiegħu. 

Iva, għaliex din hi tassew l-aħħar ġimgha ta' awdizzonijiet! Huwa għalhekk li l-ġurija ser ikollha l-aħħar ċans sabiex issib min hu vera ta' stoffa biex jidħol fi Brillanti. Huwa għalhekk li l-qlub ser iħabbtu aktar mis-soltu u t-tensjoni ġewwa Dar il-Meditteran għall-Konferenzi tkun għolja immens.

Żgħażagħ ta' kull talent u stil fid-dinja taż-żfin iżda kollha b'ħolma waħda, dik li jirbħu ħmistax-il elf euro! Min din il-ġimgħa ser jifraħ, hekk kif ngħaddu għall-fażi li jmiss u min ser ikollu jippakkja u jmur id-dar?

Illejla Brillanti titilfuhx! Ara x'tistgħu taraw HAWN!


Gwida.mt