Dalgħodu ġie rrappurtat li r-raġel li kien qed jiġi mfittex lill-pulizija l-ġimgħa li għaddiet nstab mejjet. Ir-raġel, Nicholas Camilleri ta’ 55 sena minn Birkirkara nstab ilbieraħ it-Tnejn fit-20:30. Il-Maġistrat Leonard Cachia qed imexxi inkjesta. Dan wara li l-pulizija kienet talbet l-assistenza pubblika fit-tfittxija tar-raġel nhar il-Ġimgħa li għaddiet.

Jidher li l-aħħar post li tefa' Nicholas, fis-16 ta' Ġunju li għadda, fiha fetaħ qalbu dwar dak li kien għaddej minnu. Hu kiteb dwar dak kollu li għadda minnu. Kienu ħafna li rrikorrew għal din il-post u anke wrew solidarjetà miegħu.

Il-Parental Alienation Group iddeċidew li jagħmlu velja nhar il-Ħamis, 23 ta' Ġunju fit-20:00 fejn dawk li ħa jattendu ħa jimxu  mill-Qorti ta' Malta lejn il-Parlament biex ifakkru lil Camilleri bħala “vittma tas-soċjetà”.

Strieħ fis-sliem Nicholas.

Jekk int jew xi ħadd li taf għand bżonn ikellem lil xi ħadd dwar is-saħħa mentali, jekk jogħġbok ċempel 179. Inkella, żur www.kellimni.com biex tagħmel kuntatt online jew ikkuntattja lill-Fondazzjoni Richmond.


Gwida.mt