L-avveniment sajfi li jtellgħu kull sena l-Farsons kellu jieqaf darbtejn minħabba l-pandemija li laqtet lid-dinja kollha. Jidher li din is-sena bħalma rritornaw tant avvenimenti oħra, il-BeerFest ser jerġa' lura magħna!

Il-paġna uffiċjali ħabbret id-dati għal din is-sena li huma bejn it-28 ta' Lulju u s-6 t'Awwissu. Se jkun qed isir fil-Picnic Area f'Ta' Qali, u kulħadd jiasta' jidħol b'xejn.  

fy

Bħal dejjem se jkun hemm tant artisti lokali li ser jieħdu sehem waqt dan l-avveniment, aktar minn 70 kantant u kantanta. Apparti minn hekk ma jonqosx il-bejgħ tal-birra li tant hi maħbuba mill-Maltin u Għawdxin.

HAWN tista' ssegwi aktar fir-riklam uffiċjali. Int se tkun hemm?

Facebook/ The Farsons Beer Festival


Kyle Zarb