Jidher li Kyonne il-Kuġin u Dale il-Bello, li t-tnejn li huma stabilixxew irwieħhom fix-xena lokali permezz tax-xow Love Island Malta, sa jkunu qiegħdin jiltaqgħu f'logħba boxing. Dan ġie kkonfermat mis-sit Vibe FM.
Lil Dale konna rajnih jieħu sehem fl-ewwel staġun ta' Love Island Malta fejn ikklassifika fir-raba' post wara li ngħaqad f'koppja flimkien mal-parteċipanti Nicola. Huwa baqa' l-aktar magħruf għall-frażi "Relax Bello" li kien qal proprju fl-ewwel puntata ta' dak l-istaġun.
Min-naħa 'l oħra, lil Kyonne rajnih fit-tieni staġun fejn ikklassifika fit-tielet post flimkien mal-parteċipanta Ylenia. Ħafna jirreferu għalih bħala l-Kuġin.
Intom min taħsbu li sa jirbaħha din il-partita boxing?
Ritratti: Dale Mallia u Kyonne Gravina